1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-754/17) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji implimentata minn Franza favur il-portijiet tagħha - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Għajnuna eżistenti - Kunċett ta’ attività ekonomika - Servizzi ta’ interess ġenerali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni”)
(2019/C 220/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) (Brest, Franza) (rappreżentanti: J. Vanden Eynde u E. Wauters, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2116 tas-27 ta’ Lulju 2017 dwar skema ta’ għajnuna Nru SA.38398 (2016/C, ex 2015/E) implimentata minn Franza — Taxxa tal-portijiet fi Franza (ĠU 2017, L 332, p. 24).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 42, 5.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy