7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – Perfect Bar vs EUIPO (PERFECT Bar)
(Kawża T-759/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PERFECT Bar - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karatru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)
(2019/C 4/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Perfect Bar LLC (San Diego, Californie, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. Miazzetto, J. L. Gracia Albero u E. Cebollero González, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-5 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2440/2016-4) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv PERFECT Bar bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2440/2016-4) hija annullata, f’dak li jirrigwarda “supplimenti tal-proteini” u “supplimenti nutrizzjonali u alimentari”.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 22, 22.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy