11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/55
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – UR vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-761/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/322/16 għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam tal-awditjar (AD 5/AD 7) - Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni - Diploma meħtieġ - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal”))
(2019/C 93/69)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: UR (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mihaylova u B. Mongin, aġenti)
Suġġett
Talba skont l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Awwissu 2017 tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/322/16, adottata fl-aħħar ta’ eżami mill-ġdid, li isem ir-rikorrent ma jitniżżilx fil-lista ta’ riżerva ta’ din il-kompetizzjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
UR huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 29.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy