4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2018 – Septona vs EUIPO – Intersnack Group (welly)
(Kawża T-763/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva welly - Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti Kelly’s u Kelly’s CHIPS - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2019/C 44/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Septona AVEE (Oinofyta, il-Greċja) (rappreżentant: V. Wellens, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Rajh u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Intersnack Group GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2017 (Każ R 1525/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intersnack Group u Septona.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Lulju 2017 (Każ R 1525/2016-1) hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 22.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy