18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – Eglo Leuchten vs EUIPO – Di-Ka (Lampe)
(Kawża T-766/17) (1)
((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat ta’ dawl - Raġuni ta’ invalidità - Disinn preċedenti - Karattru individwali - Utent informat - Grad ta’ libertà tal-kreatur - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))
(2019/C 103/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Eglo Leuchten GmbH (Pill, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Lauf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Di-Ka Vertriebs GmbH & Co. KG (Arnsberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-H. Hoffmann, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2017 (Każ R 738/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Eglo Leuchten u Di-Ka Vertriebs.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Eglo Leuchten GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 22.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy