18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – Eglo Leuchten vs EUIPO – Briloner Leuchten (Lampa)
(Kawża T-767/17) (1)
((“Disinn komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat tad-dawl - Raġuni għal invalidità - Disinn preċedenti - Karattru individwali - Utent avżat - Grad ta’ libertà tal-kreatur - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))
(2019/C 103/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Eglo Leuchten GmbH (Pill, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Lauf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Briloner Leuchten GmbH & Co. KG, li kienet Briloner Leuchten GmbH (Brilon, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-H. Hoffmann, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2017 (Każ R 746/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Eglo Leuchten u Briloner Leuchten.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Eglo Leuchten GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 22.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy