9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Café del Mar et vs EUIPO — Guiral Broto (C del M)
(Kawża T-774/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva C del M - Raġuni assoluta għal rifjut - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2019/C 305/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Café del Mar, SC (Sant Antoni de Portmany, Spanja), José Les Viamonte (Sant Antoni de Portmany) u Carlos Andrea González (Sant Josep de sa Talaia, Spanja) (rappreżentanti: F. Miazzetto u J. Gracia Albero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. de Castro Hermida, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1618/2015-5) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Café del Mar u J. Les Viamonte u C. Andrea González, minn naħa, u R. Guiral Broto, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1618/2015-5), hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Café del Mar, SC u José Les Viamonte u Carlos Andrea González fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
3)
Ramón Guiral Broto għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Café del Mar u J. Les Viamonte u C. Andrea González fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
(1) ĠU C 22, 22.1.2018.