6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Marzu 2019 — Pan vs EUIPO — Entertainment One UK (TOBBIA)
(Kawża T-777/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TOBBIA - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Peppa Pig - Raġuni relattiva ta’ rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b), u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)
(2019/C 155/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Xianhao Pan (Rome, l-Italja) (rappreżentant: M. Oliva, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Entertainment One UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Guise, L. Cassidy u N. Rose, solicitors)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Astley Baker Davies Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1776/2016-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Entertainment One UK u Astley Baker Davies u, min-naħa l-oħra, Xianhao Pan.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Xianhao Pan huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 22.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy