20.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 172/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2019 — United Wineries vs EUIPO — Compañía de Vinos Miguel Martín (VIÑA ALARDE)
(Kawża T-779/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VIÑA ALARDE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ‘ALARDE’ - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identità tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”)
(2019/C 172/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: United Wineries, SA (Cenicero, Spanja) (rappreżentant: J. Oria Sousa-Montes, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Compañía de Vinos Miguel Martín, SL (Cigales, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2017 (Każ R 281/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Compañía de Vinos Miguel Martín u United Wineries.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
United Wineries, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 42, 5.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy