18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2019 – Ilhan vs EUIPO – Time Gate (BIG SAM SPORTSWEAR COMPANY)
(Kawża T-785/17) (1)
((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva BIG SAM SPORTSWEAR COMPANY - Trade mark verbali preċedenti SAM - Raġuni relattiva għal rifjut - Dekadenza minħabba tolleranza - Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali - Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 61(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001)))
(2019/C 103/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ercan Ilhan (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentanti: S. Can, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Time Gate GmbH (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Kunz-Hallstein, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2017 (Każ R 974/2016-5), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Time Gate u E. Ilhan.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
E. Ilhan huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 29.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy