25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – BTC vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-786/17) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ Finanzjament konkluż fil-kuntest tal-programm qafas eTEN, dwar netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet transEwropej - Proġett ‘SafeChemo’ - Rapport ta’ investigazzjoni tal-OLAF li kkonstata l-ineliġibbiltà ta’ ċerti spejjeż sostnuti - Rimbors parzjali tas-somom imħallsa - Kontrotalba”)
(2019/C 399/53)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: BTC Srl (Bolzano, l-Italja) (rappreżentanti: L. von Lutterotti u A. Frei, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou u B.- R. Killmann, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2017) 4709558 tas-27 ta’ Settembru 2017 dwar it-talba għar-rimbors ta’ somma mħallsa lir-rikorrenti b’eżekuzzjoni tal-Ftehim C046311 għall-finanzjament tal-proġett intitolat “ePrescription and Automation for a Safe Management of Cytostatistics”, konkluż fil-kuntest tal-programm eTEN, dwar in-netwerks transEwropej tat-telekomunikazzjonijiet, it-tieni nett, tal-ittra tal-Kummissjoni Ares (2017) 4790311 tat-2 ta’ Ottubru 2017 li tittrażmetti n-nota ta’ debitu Nru 3241712708 u, it-tielet nett, tan-nota ta’ debitu Nru 3241712708 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex it-talba għal rimbors tal-Kummissjoni tiġi ddikjarata infondata, kif ukoll kontrotalba intiża sabiex ir-rikorrenti tiġi kkundannata għar-rimbors ta’ somma mħallsa indebitament b’eżekuzzjoni ta’ dan il-ftehim.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors ippreżentat minn BTC Srl huwa miċħud.
2)
BTC hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipli ta’ EUR 380 989.49, flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata ta’ 3.50 % b’effett mis-17 ta’ Novembru 2017 u sal-ħlas komplet ta’ din is-somma.
3)
BTC għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni.
(1) ĠU C 42, 5.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy