13.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2019 — Parfümerie Akzente vs EUIPO (GlamHair)
(Kawża T-787/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GlamHair - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)
(2019/C 164/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Parfümerie Akzente GmbH (Pfedelbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2017 (Każ R 82/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GlamHair bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Parfümerie Akzente GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 29.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy