3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Szabados vs EUIPO – Sociedad Española de Neumología y Cirugía Torácica (Separ) (MicroSepar)
(Kawża T-788/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MicroSepar - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea SeparSolidaria - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 436/69)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Andreas Szabados (Grünwald, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Wobst, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sociedad Española de Neumología y Cirugía Torácica (Separ) (Barcelona, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2420/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Andreas Szabados u Sociedad Española de Neumología y Cirugía Torácica.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Andreas Szabados huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 29.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy