18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – TecAlliance vs EUIPO – Siemens (TecDocPower)
(Kawża T-789/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TecDocPower - Trade marks verbali u figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea TECDOC u TecDoc - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001)”))
(2019/C 103/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: TecAlliance GmbH (Ismaning, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Engemann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Siemens AG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2433/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn TecAlliance u Siemens.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
TecAlliance GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 42, 5.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy