21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2018 – St. Andrews Links vs EUIPO (ST ANDREWS)
(Kawża T-790/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ST ANDREWS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Oriġini ġeografika - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2019/C 25/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: St. Andrews Links Ltd (St. Andrews, ir-Renju Unit) (rappreżentant: B. Hattier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: K. Kompari, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 92/2017-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ST ANDREWS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
St. Andrews Links Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 42, 5.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy