9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — MAN Truck & Bus vs EUIPO — Halla Holdings (MANDO)
(Kawża T-792/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva MANDO - Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti MAN - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Man - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2019/C 305/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MAN Truck & Bus (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Röhl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Ivanauskas u D. Walicka, sussegwentement J. Ivanauskas u H. O'Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Halla Holdings Corp. (Yongin-si, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: M.-R. Hirsch u C. de Haas, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1677/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Man Truck & Bus u Halla Holdings.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1677/2016-1) hija annullata sa fejn hija kkonkludiet li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark figurattiva MANDO u r-reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti Nru 863 418 tat-trade mark figurattiva MAN.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.
(1) ĠU C 42, 5.2.2018.