1.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 122/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Mouldpro vs EUIPO — Wenz Kunststoff (MOULDPRO)
(Kawża T-796/17) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MOULDPRO - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Mala fide - Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Raġuni relattiva ta’ invalidità - L-Artikolu 60(1)(b) u l-Artikolu 8(3) tar-Regolament 2017/1001 - L-Artikolu 60(1)(c) u l-Artikolu 8(4) tar-Regolament 2017/1001)
(2019/C 122/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mouldpro ApS (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentant: W. Rebernik, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Sipos u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wenz Kunststoff GmbH & Co. KG (Lüdenscheid, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 2153/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mouldpro u Wenz Kunststoff.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mouldpro ApS hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 29.1.2018.