18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 24 ta’ Jannar 2019 – Brown Street Holdings vs EUIPO – Enesan (FIGHT LIFE)
(Kawża T-800/17) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali FIGHT LIFE - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti FIGHT FOR LIFE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà tal-konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”])
(2019/C 103/48)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Brown Street Holdings Ltd (Auckland, in-New Zealand) (rappreżentanti: inizjalment minn C. Hufnagel, M. Kleespies, J. Clayton-Chen u A. Bender, sussegwentement minn M. Kleespies u A. Bender, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka u M. Fischer, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Enesan AG (Zurich, l-Isvizzera)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2017 (Każ R 36/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brown Street Holdings u Enesan.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Settembru 2017 (Każ R 36/2017-2) hija annullata safejn din ċaħdet l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha għall-prodotti taħt il-klassi 5 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Brown Street Holdings Ltd.
(1) ĠU C 42, 5.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy