20.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 172/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2019 — Stada Arzneimittel vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ arkati ċirkulari opposti)
(Kawża T-804/17) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta żewġ arkati ċirkulari opposti - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))
(2019/C 172/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Hanf u D. Walicka, sussegwentement D. Hanf u E. Markakis, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1887/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta żewġ arkati ċirkulari opposti bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Stada Arzneimittel AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 42, 5.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy