3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Weber-Stephen Products vs EUIPO (iGrill)
(Kawża T-822/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea iGrill - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 436/70)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Weber-Stephen Products LLC (Palatine, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u A. Jauch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Settembru 2017 (Każ R 579/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali iGrill bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Weber-Stephen Products LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 19. 2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy