4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2018 – H2O Plus vs EUIPO (H 2 O+)
(Kawża T-824/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva H 2 O+ - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 44/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: H2O Plus LLC (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u F. Kerl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Palmero Cabezas u D. Walicka, sussegwentement minn S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 499/2017-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva H 2 O+.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
H2O Plus LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 19.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy