2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2019 — Quadri di Cardano vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-828/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Allowance ta’ espatrijazzjoni - Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal - Natura evidenti tal-irregolarità tal-ħlas”)
(2019/C 295/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alessandro Quadri di Cardano (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment N. de Montigny u J.–N. Louis, sussegwentement N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2017 dwar l-irkupru tal-ammonti mħallas indebitament lir-rikorrent bħala allowance ta’ espatrijazzjoni u spejjeż tal-ivvjaġġar annwali għall-perijodu ta’ attività eżerċitat mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) mis-16 ta’ Mejju 2014 sal-15 ta’ Lulju 2016 u, skont il-bżonn, tal-pay slips “regolarizzati” wara din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Alessandro Quadri di Cardano huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 19.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy