13.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2019 — Coesia vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ kurvi ħomor oblikwi)
(Kawża T-829/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta żewġ kurvi ħomor oblikwi - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”)
(2019/C 164/48)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Coesia SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1272/2017-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta żewġ kurvi ħomor oblikwi bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Coesia SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 19.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy