14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2018 – Szentes vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-830/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni - Esperjenza professjonali - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jiġix ammess fil-kompetizzjoni - Talba għal eżami mill-ġdid - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żnaturament ta’ informazzjoni inkuża fl-att ta’ kandidatura - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni”))
(2019/C 16/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Gyula Szentes (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mihaylova u B. Mongin, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-President tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/330/16 – Amministraturi fil-qasam tal-enerġija nukleari (AD 7) tal-24 ta’ Frar 2017 li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-fażi segwenti ta’ din il-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, sa fejn huwa neċessarju, tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tad-29 ta’ Settembru 2017 dwar iċ-ċaħda tal-ilment tiegħu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Gyula Szentes huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 19.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy