21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – DRH Licensing & Managing vs EUIPO – Merck (Flexagil)
(Kawża T-831/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Flexagil - Użu ġenwin tat-trade mark - It-tieni paragrafu (a) tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Forma li tvarja permezz tal-elementi li jbiddlu l-karattru distintiv”))
(2019/C 25/53)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: DRH Licensing & Managing AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Salomonowitz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u M. Fischer, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ottubru 2017 (Kawża R 2043/2016-4) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn DRH Licensing & Managing u Merck.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
DRH Licensing & Managing AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 52, 12.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy