11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/57
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Jannar 2019 – achtung! vs EUIPO (achtung!)
(Kawża T-832/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva achtung! - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 93/73)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: achtung! GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Seelig u D. Bischof, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Söder, J. Schäfer u D. Walicka, sussegwentement A. Söder, J. Schäfer u H. O’Neill, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 490/2017-4) dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva achtung!.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
achtung! GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 19.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy