15.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 238/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2019 — Negru vs EUIPO — Sky (SkyPrivate)
(Kawża T-837/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SkyPrivate - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 238/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Alexandru Negru (Iași, ir-Rumanija) (rappreżentanti: inizjalment I.-M. Iliescu, sussegwentement T. Protopopescu, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky Ltd, li qabel kienet Sky plc (Isleworth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Saliger, solicitor, u P. Roberts, QC)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 349/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sky u A. Negru.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Alexandru Negru huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn Sky Ltd għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 72, 26.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy