6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/22
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2017 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-20/17 R) (1)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Taxxa Ungeriża fuq id-dħul mill-bejgħ marbut mar-reklamar - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 178/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentant: M. Fehér, aġent)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u P.-J. Loewenthal, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni mill-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6929 finali, tal-4 ta’ Novembru 2016, dwar il-miżura SA.39235 (2015/C) (ex 2015/NN), implementata mill-Ungerija fil-qasam tat-tassazzjoni tad-dħul mir-reklamar.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati
(1) ĠU C @@, @@.
Full & Egal Universal Law Academy