14.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/24
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – Jalkh vs Il-Parlament
(Kawża T-26/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament Ewropew - Privileġġi u immunitajiet - Tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ membru tal-Parlament Ewropew - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - -Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 269/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-François Jalkh (Gretz-Armainvillers, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn J.-P. Le Moigne, sussegwentement minn M. Ceccaldi, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropea (rappreżentanti: M. Dean u S. Alonso de León, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-22 ta’ Novembru 2016 dwar it-tneħħija tal-immunità ta’ J.-F. Jalkh fir-rigward tal-investigazzjoni ġudizzjarja (Nru 1422400530) miftuħa quddiem it-Tribunal de grande instance de Paris (qorti reġjonali ta’ Pariġi, Franza).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.