20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Habermaaß vs EUIPO – Here Global (h)
(Kawża T-40/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 392/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Habermaaß GmbH AG (Bad Rodach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Blumenröder, H. Gauß u E. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. F. Crespo Carrillo u M. Tóhatí, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Here Global BV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J. Erkkilä, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 53/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Here Global BV u Habermaaß GmbH.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Habermaaß GmbH u Here Global BV huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull wieħed minnhom, għal nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 86, 20.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy