4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/58
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2018 – VR-Bank Rhein-Sieg vs CRU
(Kawża T-42/17) (1)
((“Rikors għal annullament - Unjoni Ekonomika u Monetarja - Unjoni bankarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) - Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) - Iffissar tal-kontribuzzjoni ex ante għas-sena 2016 - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà manifesta”))
(2019/C 44/75)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: VR-Bank Rhein-Sieg eG (Siegburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u K. Rübsamen, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: A. Martin-Ehlers, S. Raes, A. Kopp u T. Van Dyck, avukati)
Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u M. K.-Ph. Wojcik, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u min-naħa l-waħda, intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-15 ta’ April 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2016/06) u min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, tal-20 ta’ Mejju 2016, dwar l-aġġustament tal-kontribuzzjonijiet ex ante, għall-2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, bi tkomplija tad-deċiżjoni tal-SRB tal-15 ta’ April 2016 (SRB/ES/SRF/2016/13) sa fejn huma jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
VR-Bank Rhein-Sieg eG hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB).
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjes tagħha stess.
(1) ĠU C 78, 13.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy