8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/47
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2017 – ADDE vs Il-Parlament
(Kawża T-48/17 R)
((“Miżuri provviżorji - Finanzjament ta’ partit politiku - Dritt istituzzjonali - Garanzija bankarja - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 144/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alliance for Direct Democracy in Europe ASBL (ADDE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Defalque, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u S. Alves, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u maħsuba għall-għoti ta’ miżuri provviżorji maħsuba sabiex tinkiseb eżenzjoni mill-obbligu li tipi kkoswtitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għall-finanzjament minn qabel tas-sussidju li jirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Parlament FINS-2017-13, tal-15 ta’ Diċembru 2016, dwar il-finanzjament mogħti lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy