6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/22
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Le Pen vs Il-Parlament
(Kawża T-86/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membru tal-Parlament Ewropew - Irkupru permezz ta’ tpaċija ta’ allowances imħallsa bħala rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza Parlamentari - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 178/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Marion Anne Perrine Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: M. Ceccaldi u J.-P. Le Moigne, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament, tal-5 ta’ Diċembru 2016, li tikkonstata li l-ammont ta’ EUR 298 497,87 kien ġie indebitament imħallas lir-rikorrenti u kellu jiġi rkuprat minn għandha, kif ukoll tan-nota ta’ debitu 2016-1560, tas-6 ta’ Diċembru 2016, suċċessiva għal din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy