30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/19
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2017 – Gelinova Group vs EUIPO – Cloetta Italia (galatea…è naturale)
(Kawża T-90/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
(2017/C 369/28)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Gelinova Group Srl (Tezze di Vazzola, l-Italja) (rappreżentanti: A. Tornato u D. Hazan, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Cloetta Italia Srl (Cremona, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 207/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cloetta Italia Srl u Gelinova Group Srl, li kienet Milk & Fruit Srl.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Gelinova Group Srl hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 121, 18.4.2017.