30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/19
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2017 – Proximus vs Il-Kunsill
(Kawża T-117/17 R)
((“Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura nnegozjata - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 369/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Proximus SA/NV (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Schutyser, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Jaume u S. Cholakova, aġenti, assistiti minn P. de Bandt, P. Teerlinck u M. Gherghinaru, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji li jirrigwardaw, minn naħa, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill li jagħti lil offerent ieħor il-kuntratt-qafas u, min-naħa l-oħra, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt-qafas konkluż bejn il-Kunsill u l-offerent magħżul
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.