28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/51
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – Institute for Direct Democracy in Europe vs Il-Parlament
(Kawża T-118/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Parlament Ewropew - Deċiżjoni li jingħata sussidju lil fondazzjoni politika - Sospensjoni tal-prefinanzjament - Obbligu li tingħata garanzija bankarja - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 283/80)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Institute for Direct Democracy in Europe ASBL (IDDE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Plasschaert u E. Montens, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u S. Alves, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji sabiex, l-ewwel nett, tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Paralemnt FINS-2017-28, tal-15 ta’ Diċembru 2016, dwar il-finanzjament allokat lir-rikorrent sa fejn hija tissospendi l-pagament tal-prefinanzjament, it-tieni nett, sabiex tinkiseb l-eżenzjoni mill-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għall-prefinanzjament u, it-tielet nett, sabiex il-Parlament jiġi ordnat iħallas lir-rikorrent l-ammont tal-prefinanzjament.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy