19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/29
Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2017 – Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte vs ACER
(Kawża T-123/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Enerġija - Deċiżjoni tal-ACER li tiċħad talba għal intervent fil-Każ A-001-2017(konsolidat) - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 195/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Rajal, avukat)
Konvenuta: l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (rappreżentanti: P. Martinet u E. Tremmel, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-ACER tas-17 ta’ Frar 2017 li tiċħad t-talba għal intervent tar-rikorrenti fil-Każ A-001-2017 (konsolidat).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy