28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/52
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2017 – BASF Grenzach vs ECHA
(Kawża T-125/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - REACH - Sustanza triklosan - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ECHA - Obbligu li tingħata ċerta informazzjoni li teħtieġ esperimenti fuq l-annimali - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 283/81)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BASF Grenzach GmbH (Grenzach-Wyhlen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Nordlander u M. Abenhaïm, avukati)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: W. Broere, T. Röcke u M. Heikkilä, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji sabiex, minn naħa, tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni A-018-2014 tal-Bord tal-Appell tal-ECHA, tad-19 ta’ Diċembru 2016, dwar l-evalwazzjoni tas-sustanza triklosan, u, min-naħa l-oħra, sabiex tiġi ordnata l-estensjoni tat-terminu stabbilit sabiex jiġu kkomunikati r-riżultati tat-testijiet għat-tul ta’ żmien tas-sospensjoni.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy