4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/35
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2017 – Argus Security Projects vs SEAE
(Kawża T-131/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - SEAE - Irkupru permezz ta’ tpaċija - Talba għal miżuri provviżorji - Dannu finanzjarju - Dmir ta’ diliġenza - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 293/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Argus Security Projects Ltd (Limassol, Ċipru) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt, aġent, assistiti minn B. Allemeersch, W. De Meester u G. Scraeyen, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE għall-għoti ta’ miżuri provviżorji intiżi, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ tpaċija tal-Kummissjoni, li qed taġixxi f’isem il-kontabilista tas-SEAE, fir-rigward tal-ammonti rispettivi ta’ EUR 100 600, ta’ EUR 41 553 u ta’ EUR 52 600 (deċiżjonijiet ikkomunikati fil-15 ta’ Marzu 2017) ta’ EUR 58 924 (deċiżjoni kkomunikata fis-7 ta’ April 2017) u ta’ EUR 41 422 (deċiżjoni kkomunikata fid-19 ta’ April 2017) u, min-naħa l-oħra, l-ordni lil SEAE li ma tadottax iktar id-deċiżjoni ta’ tpaċija kontra r-rikorrenti fl-istennija tal-għoti ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-tilwima marbuta mal-kuntratt-qafas 2008/14/SEC/RELEX/K8, pendenti quddiem it-tribunal de première instance de Bruxelles (qorti tal-ewwel istanza ta’ Brussell, il-Belġju).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.