6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/24
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2017 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill
(Kawża T-141/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Miżuri restrittivi - Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 178/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Gabriel Amisi Kumba (Kasa-Vubu, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: O. Okito u A. Ouannès, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2230, tat-12 ta’ Diċembru 2016, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2016, L 336 I, p. 1).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy