12.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 94/26
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2018 – Cristalfarma vs EUIPO – Novartis (ILLUMINA)
(Kawża T-157/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ILLUMINA - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2018/C 094/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cristalfarma Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. King u D. Gája, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2017 (Każ R 1187/2016-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis u Cristalfarma.
Dispożittiv
1)
It-talba għal sospensjoni mressqa minn Cristalfarma Srl hija miċħuda.
2)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
3)
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Cristalfarma.
4)
Novartis AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 129, 24.4.2017.