19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/30
Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2017 – Post Telecom vs BEI
(Kawża T-158/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni permezz ta’ netwerk metropolitan għall-bini u għall-uffiċċji tal-Grupp tal-BEI fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 195/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Post Telecom SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: M. Thewes, C. Saettel u T. Chevrier, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: T. Gilliams, P. Kiiver u C. Solazzo, aġenti, assistiti minn M. Belmessieri u B. Schutyser, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-BEI tas-6 ta’ Jannar 2017 li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti għal-Lott Nru 1 tas-sejħa għal offerti OP-1305, intitolata “Servizzi ta’ komunikazzjoni permezz ta’ netwerk metropolitan u netwerk estiż għall-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment”, u tad-deċiżjoni li dan il-lott jingħata lil offerent ieħor.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
Id-digriet tal-15 ta’ Marzu 2017, mogħti fil-Kawża T-158/17 R, huwa rrevokat.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy