6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/26
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2017 – RV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-167/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Ħruġ fuq leave u Irtirar - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 178/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: RV (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2016 li toħroġ ir-rikorrenti fuq leave fl-interess tas-servizz u irtirar ex officio b’effett mill-1 ta’ April 2017.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy