17.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 231/26
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – RW vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-170/17 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħruġ fuq leave u irtirar mhux volontarji - Eta tal-irtirar - Artikolu 42ċ tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”))
(2017/C 231/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: RW (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut(a)(i): Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u A. C. Simon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2017 li tqiegħed lir-rikorrent fuq leave mhux volontarju fl-interess tas-servizz u li toħorġu fuq irtirar mhux volontarju b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2017.
Dispożittiv
1)
L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Marzu 2017 li tqiegħed lil RW fuq leave mhux volontarju fl-interess tas-servizz u li toħorġu fuq irtirar mhux volontarju b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2017 hija sospiża.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy