12.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 94/27
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2018 – W&O medical esthetics vs EUIPO – Fidia farmaceutici (HYALSTYLE)
(Kawża T-178/17) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali HYALSTYLE - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Talba għal smiegħ ta’ xhieda - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001) - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])
(2018/C 094/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: W&O medical esthetics GmbH (Oberursel, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Finkentey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fidia farmaceutici SpA (Abano Terme, l-Italja) (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein u H. Kunz-Hallstein, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Jannar 2017 (Każ R 872/2016-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn W&O medical esthetics u Fidia farmaceutici.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
W&O medical esthetics GmbH għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Fidia farmaceutici SpA.
(1) ĠU C 144, 8.5.2017.