26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/66
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2018 – RZ vs KESE u Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża T-192/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - [kunfidenzjali] (2) - Rikors għal annullament u għad-danni - Assenza ta’ att li jikkkawża preġudizzju - Inammissibbiltà”)
(2018/C 427/88)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: RZ (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Konvenuti: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, K. Gambino u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer u F.-M. Hislaire, avukati), Il-Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: S. Bachotet, M. Antonini u M. Esparrago Arzadun, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, essenzjalment, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2016 li permezz tagħha s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni [kunfidenzjali], servizzi konġunt bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), [kunfidenzjali] u min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament sostna minħabba dawn id-deċiżjonijiet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
RZ huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 178, 6.6.2017.
(2) Informazzjoni kunfidenzjali moħbija.
Full & Egal Universal Law Academy