30.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/36
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2018 – Naftogaz of Ukraine vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-196/17) (1)
((“Rikors għal annullament - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni għar-regoli tal-Unjoni tal-modalitajiet ta’ tħaddim tal-pipeline tal-gass OPAL dwar l-aċċess minn terzi u r- regolamentazzjoni tariffarja - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”))
(2018/C 152/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: NJSC Naftogaz of Ukraine (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: D. Mjaaland, A. Haga, M. Krakowiak u P. Grzejszczak, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Y. G. Marinova, O. Beynet u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 finali, tat-28 ta’ Ottubru 2016, dwar ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-pipeline tal-gass OPAL, mogħtija mid-Direttiva 2003/55/KE, għar-regoli relatati mal-aċċess minn terzi u mar-regolamentazzjoni tariffarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent.
3)
NJSC Naftogaz of Ukraine għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
4)
Naftogaz of Ukraine, il-Kummissjoni, OPAL Gastransport GmbH & Co. KG, Gazprom Eksport LLC u Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A. għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.
(1) ĠU C 151, 15.05.2017.