Kawża T-206/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Argus Security Projects vs Il-Kummissjoni u EUBAM Libya (“Rikors għal annullament — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura nnegozjata kompetittiva — Għoti ta’ servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerenti ieħor — Elementi sussegwenti għall-għoti tal-kuntratt — Emenda sostanzjali tal-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt — Rikors manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt”)
C2402018MT4420120180516MT0050442452
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Argus Security Projects vs Il-Kummissjoni u EUBAM Libya
(Kawża T-206/17) ( 1 )
“(“Rikors għal annullament — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura nnegozjata kompetittiva — Għoti ta’ servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerenti ieħor — Elementi sussegwenti għall-għoti tal-kuntratt — Emenda sostanzjali tal-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt — Rikors manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt”)”2018/C 240/50Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Argus Security Projects Ltd (Limassol, iċ-Ċipru) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, P. Aalto u L. Baumgart, aġenti), Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (rappreżentant: E. Raoult, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EUBAM Libya tal-24 ta’ Jannar 2017 li ma tilqax l-offerta mressqa mir-rikorrenti, għall-għoti, bi proċedura nnegozjata kompetittiva, tal-kuntratt dwar is-servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-EUBAM Libya għal amministrazzjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (kuntratt EUBAM-13-020) u li tagħti l-kuntratt lil Garda World Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Argus Security Projects Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 195, 19.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy