26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/67
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – SC vs Eulex Kosovo
(Kawża T-242/17) (1)
(“Rikors għal annullament u għad-danni - Klawżola ta’ arbitraġġ - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni - Kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi - Kompetizzjoni interna - Imparzjalità tal-Bord tal-Għażla - Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt għal żmien determinat - Klassifikazzjoni parzjali mill-ġdid tar-rikors - Responsabbiltà kuntrattwali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu materjali u morali - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)
(2018/C 427/89)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SC (rappreżentanti: L. Moro u A. Kunst, avukati)
Konvenuta: Eulex Kosovo (rappreżentant: E. Raoult, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura tagħha fil-kompetizzjoni interna organizzata minn Eulex Kosovo fl-2016 għall-pożizzjoni ta’ prosekutur (Kompetizzjoni EK 30077) u tad-deċiżjoni ta’ din il-missjoni li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat tar-rikorrenti, fit-tieni lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex tikseb kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba l-ksur minn Eulex Kosovo tal-obbligi mhux kuntrattwali tagħha u, fit-tielet lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża għall-kundanna ta’ Eulex Kosovo għal kumpens għall-ksur tal-obbligi kuntrattwali tagħha.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
SC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 231, 17.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy