4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/36
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – António Conde & Companhia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-244/17 R)
((“Miżuri provviżorji - Dgħajsa tas-sajd - Organizzazzjoni tal-pixkeriji tal-Majjistral tal-Atlantiku - Ammissibbiltà - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ interess”))
(2017/C 293/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: António Conde & Companhía, SA (Gafanha de Nazaré, il-Portugall)(rappreżentanti: J.R. García-Gallardo Gil-Fournier, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Lewis u F. Moro, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji li jordnaw lill-Kummissjoni Ewropea tonqos milli teżerċita pressjoni fuq ir-Repubblika Portugiża sabiex teskludi d-dgħajsa tas-sajd Calvão mil-lista tad-dgħajjes bil-bandiera Portugiża awtorizzati sabiex jistadu fiż-żona regolatorja tal-OPMA.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy